Ghal kuntrarju ta' hafna postijiet ohra, il-festa f'Bormla tigi organizzata mic-Centru 19 ta' Novembru. Din l-ghaqda, b'koperazzjoni shiha mal-Arcipriet, dejjem tara x'tista taghmel biex ittejeb il-festi esterni ad unur Marija Immakulata.
Din l-ghaqda fost l-ohrajn tiehu hsieb li mal-bidu ta' Ottubru ta' kull sena, jibda hiereg bil-mod l-armar mill-imhazen, biex kollox jitpogga f'postu, biex b'hekk il-poplu Bormliz u dawk kollha li jigu minn barra l-lokal ikunu jistghu jgawdu u japrezzaw dan ix-xoghol.
Billi Bormla ghandha medda ta' art kbira, huwa hafna l-ammont ta' armar li ghandna, u meta tara li din hija festa tax-xitwa, tkompli tikkonferma kemm Bormla hija wahda mill-ahjar fejn jidhol l-armar ta' barra, ghax ghad li tigi ccelebrata f'Dicembru, hawn armar daqs lokalitajiet li jiccelebraw il-festi taghhom fis-sajf.
Din l-ghaqda tiehu hsieb ukoll, li hekk kif tghaddi l-festa, kollox jerga lura fl-imhazen. Dan ix-xoghol gieli beda jsir hekk kif il-vara titulari tidhol lura l-knisja.
Ic-centru huwa nkarigat mill-qasam tan-nar li ta kull sena dejjem qieghed izied fl-ammont tieghu. Tiehu hsieb ukoll li taghzel l-ahjar baned biex jigu jdoqqu fil-granet tal-festa.
L-impenn ta' din l-ghaqda mhuwiex biss minn Ottubru sa Jannar meta jerga lura kollox f'postu. Din l-ghaqda hija wahda hajja u matul is-sena, ta' kuljum isiru tiswijiet mehtiega fl-armar. Barra mill-imhazen li ghandha f'idejha (li fihom jsir ix-xoghol kollu mehtieg), din l-ghaqda ghandha il-premises taghha, taht iz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali, li inghata lill-Ghaqda fi zmien l-Arcipriet Dun Victor Cilia.
.jpg)